Lokali

RITRATT: Żewġ ħnieżer iduru fil-qalba tal-Imqabba

Xena mhux tas-soltu fl-Imqabba hekk kif diversi residenti dalgħodu stenbħu għal żewġ ħnieżer żgħar iduru qalb it-toroq tal-qalba ta’ dan ir-raħal.

F’dan ir-ritratt, li ttieħed minn Pamela Schembri, jidhru dawn iż-żewġ ħnieżer iduru fi Triq il-Parroċċa.