Lokali

Jekk int laburist jirranġawlek għal data oħra

F’paġna sigrieta fuq Facebook miftuħa għall-Partitarji Laburisti biss, qed ikun imħeġġeġ biex partitarji laburisti li kienu affettwati bl-istrajk tal-lum jagħmlu kuntatt ma ċerta Angele Camilleri u Mario Grech biex jerġgħu jirranġawlhom l-appuntamenti.

Evidenti każ ta’ diskriminazzjoni u kien għalhekk li dawn id-dikjarazzjonijiet ġabu stmerrija minn bosta.

L-istrajk tat-tobba llum qed jaffettwa lill-bosta persuni, 3,000 b’kollox. Dan minħabba nuqqas ta’ ftehim bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija.