Lokali

FILMAT: Tisraq żewġ fliexken tax-xorb alkoħoliku

Il-Pulizija qed ifittxu tfajla li l-Erbgħa serqet żewġ fliexken tal-alkoħol li jiswew il-flus minn ħanut tax-xorb li jinsab fi Triq Manwel Magro, fil-Ħamrun.

Fil-filmati minn kameras tas-sigurtà tal-istess stabbiliment, it-tfajla tidher iddur u tagħqad, tara l-prezzijiet tal-fliexken tax-xorb. Meta sabet tnejn mill-iktar fliexken li jiswew flus, hi ddaħħal dawn il-fliexken taħt il-flokk, bil-moħbi.

Jirriżulta li ma’ din it-tfajla kien hemm persuna oħra takkumpanjaha.