Lokali

Il-vittma tal-inċident traġiku ta’ dalgħodu huwa Dan Udrea

Hu tilef ħajtu wara li tqaċċtet siġra li waqgħet fuq il-vann li kien qed isuq

Dan Udrea ta’ 38 sena mir-Rumanija huwa l-vittma li tilef ħajtu bl-aktar mod traġiku meta dalgħodu tqaċċtet siġra li waqgħet fuq il-vann li kien qed isuq.

Il-vittma kien jgħix il-Mosta, u fil-vann miegħu kellu passiġġiera mara t’ 32 sena mir-Rumanija wkoll. Filwaqt li r-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post, skont stqarrija tal-Pulizija jirriżulta li l-mara qed issofri minn ġrieħi gravi, b’rapporti fil-media jgħidu li tinsab f’qagħda kritika.

Rapporti fil-media lokali qed jgħidu li r-raġel u l-mara huma koppja u kienu għadhom kif wasslu lit-tfal żgħar tagħhom għand in-nanna qabel telqu lejn ix-xogħol.

Is-siġra tqaċċtet minn Triq Notabile l-Imdina b’konsegwenza tar-riħ qawwi kkawżat mill-maltemp li laqat il-gżejjer Maltin bejn ilbieraħ u dalgħodu.

FILMAT: Siġra tinqala’ minn postha fl-Imrieħel – raġel jitlef ħajtu u mara għall-kura l-isptar