Lokali

Showroom abbandunata fil-Mosta tispiċċa fuq The Sun tal-Ingilterra

Is-sit tal-ġurnal rinomat The Sun iddedika storja sħiħa għal showroom li ilha snin twal abbandunata u li tinsab fuq barra tal-Mosta, f’kuntuniera bejn Triq il-Kbira u Triq Sant Antnin Abbati.

Din ix-showroom kienet ingħalqet lejn l-aħħar tas-snin disgħin meta żdiedet il-kompetizzjoni, u fiha sa llum-il ġurnata wieħed isib diversi karozzi ġodda li wħud minnhom saru rari.

Fost dawn waħda tat-tip 987 Subaru XT Turbo li waqfet tiġi prodotta mill-kumpanija Subaru fl-1991. Għalhekk hu maħsub li din il-vettura fix-showroom hi waħda mill-uniċi, jekk mhux l-unika, fid-dinja li għada ġdida.

Abandoned Subaru showroom is full of rare, untouched cars from the 1980s – including a sportscar that could be the only one left