Lokali

L-attivitajiet imħassra tal-Karnival se jsiru fi tmiem il-ġimgħa li ġej

Wara li dalgħodu saret il-parata tat-tfal fi Pjazza San Ġorġ, Festivals Malta ħabbret li ġew ikkanċellati l-kumplament tal-attivitajiet għat-Tnejn kawża tax-xita. Madankollu l-organizzaturi ddeċidew li l-attivitajiet imħassra jsiru fi tmiem il-ġimgħa li ġej, is-Sibt u l-Ħadd, aħbar li niżlet tajjeb mad-dilettanti tal-Karnival li din is-sena tant sofrew minħabba l-maltemp.

Il-programm għall-kumplament tal-wara nofsinhar kienu jinkludu spettaklu mill-kumpaniji taż-żfin quddiem Kastilja, Strada Merkanti, Pjazza San Ġorġ u Triq ir-Repubblika segwit mid-defilé, ir-Re tal-Karnival, maski grotteski, karrijiet u karrijiet satiriċi.