Raġel inqabad minn kameras tas-sigurtà jisraq bott bid-donazzjonijiet tal-karità minn ħanut li jinsab fi Triq ix-Xgħajra, f’Ħaż-Żabbar.
Fil-filmat, ir-raġel jidher jistenna lill-impjegati tal-ħanut ikunu aljenati waqt li jaqdu lill-klijenti l-oħra, b’ġakketta f’idu. Malli nduna li ma kinux qed jagħtu kasu, hu jaħtaf il-bott, jaħbieh fil-ġakketta u jitlaq mill-ħanut.
Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija. Min jagħraf lil dan ir-raġel qed jintalab jgħaddi l-informazzjoni lill-Pulizija, lis-sidien jew anke lil dan l-istazzjon, dejjem b’mod kunfidenzjali.
//= $special ?>