FILMAT: Jisraq bott tal-karità minn ħanut f’Ħaż-Żabbar
Raġel inqabad minn kameras tas-sigurtà jisraq bott bid-donazzjonijiet tal-karità minn ħanut li jinsab fi Triq ix-Xgħajra, f’Ħaż-Żabbar. Fil-filmat, ir-raġel jidher jistenna lill-impjegati tal-ħanut ikunu aljenati waqt li jaqdu lill-klijenti l-oħra, b’ġakketta f’idu. Malli nduna li ma kinux qed jagħtu kasu, hu jaħtaf il-bott, jaħbieh fil-ġakketta u jitlaq mill-ħanut. Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija. Min … Continue reading FILMAT: Jisraq bott tal-karità minn ħanut f’Ħaż-Żabbar