Lokali

Anzjan iweġġa’ wara li waqa’ t-taraġ fil-Gżira

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Anzjan ta’ 67 sena mis-Siġġiewi sofra feriti serji wara li waqa’ t-taraġ fi blokka ta’ appartamenti fil-Gżira.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-12.45pm fi Triq il-Belvedere, bl-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei b’Ambulanza għal aktar kura.

Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti serji, bl-awtoritajiet tas-Saħħa infurmaw bil-każ lill-Pulizija, li għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.