Lokali

FILMAT: Ġara ta’ Gordon Spiteri titkellem dwar in-nirien fl-appartamenti

Waħda mill-ġirien titkellem dwar l-esperjenza tagħha - u l-mument ta' paniku meta ħa n-nar

Waħda mill-ġirien li rnexxielha taħrab min-nirien li ħadu fil-blokka appartamenti titkellem mal-cameras ta’ NET News, fejn tirrakonta l-mumenti ta’ paniku.

Spjegat kif hi rnexxielha taħrab min-nirien, flimkien mar-raġel u t-tifla tagħha. Tkellmet ukoll kif kien hemm l-għajjat fit-triq waqt li ħadu n-nirien.

Ara l-filmat u isma’ x’qalet din ir-residenta f’Marsaskala.

Jidher li għal xi raġuni l-inċident bin-nar beda minn kamra tas-sodda għall-ħabta tal-5.30 ta’ filgħodu. Mal-ewwel fuq il-post waslu uffiċjali tal-Pulizija, iżda hekk kif indunaw li kien hemm in-nirien f’appartament sejħu għall-assistenza – u waslu fuq il-post numru ta’ ambulanzi u membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.  Sfortunatament il-ġuvni ta’ 35 sena instab mixħut mal-art fil-komun tal-blokka tal-appartamenti.

Għal aktar informazzjoni dwar dak li seħħ dalgħodu, għafas hawn taħt:

Eroj: Jidħol isalva lill-ġirien min-nar u jmut bid-duħħan, l-għada t’għeluq sninu