Wara t-traġedja li seħħet il-Ħadd filgħodu, fejn Gordon Spiteri tilef ħajtu jipprova jsalva lill-ġirien tiegħu min-nirien ġol-appartament tagħhom, oħt il-vittma kitbet fuq Facebook.
Stephanie Spiteri, qalet li ħuha kien ħajjitha u kien ifisser kollox għaliha. Qalet li ma tistax temmen li qed tikteb fuq Facebook dwar il-mewt tiegħu – filwaqt li saħqet illi ħalla warajh lin-nies imweġġa’ bit-telf tiegħu.
Oħtu talbet lill-ħuha biex iselli għall-missierhom, li sfortunatament il-familja Spiteri ġarrbet it-telfa tiegħu wkoll ftit taż-żmien ilu. Fl-aħħar, oħt Gordon qaltlu biex jieħu ħsiebha kif dejjem għamel tul ħajtu.
Gordon kien jaħdem fl-Isptar St James, fejn fuq Facebook dawn ukoll ħallew il-messaġġ ta’ dieqa għat-telfa:
Aqra aktar dwar dak li seħħ hawnhekk:
//= $special ?>Eroj: Jidħol isalva lill-ġirien min-nar u jmut bid-duħħan, l-għada t’għeluq sninu