Futbol Sport

It-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena jħalli Malta biex jipparteċipa fit-tournament Roma Caput Mundi

It-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena jinsab fl-aħħar preparazzjoni tiegħu biex jipparteċipa fit-12-il edizzjoni tat-tournament magħruf aħjar bħala Roma Caput Mundi. Il-kowċ nazzjonali Wayne Attard sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għal dan it-tournament li se jintlagħab bejn għada u l-Ġimgħa.

Il-maġġoranza assoluta tal-plejers jilagħbu f’pajjiżna għajr tnejn bil-gowlkiper Rashed Al Tumi jilgħab fis-settur taż-żgħażagħ ta’ Palermo u d-difensur Romario Camilleri li jilgħab ma’ Gubbio. Diversi plejers li lagħbu fit-tournament ta’ kwalifikazzjoni tla-UEFA ta’ taħt is-17-il sena li sar f’Ottubru ntgħażlu f’din l-iskwadra.

It-tim Malti jiftaħ l-impenji tiegħu minn Grupp B kontra l-Albanija għada fit-3.00pm. It-tieni logħba se tkun it-Tlietakontra Selezzjoni Reġjonali ta’ Lazio u l-Ħamis jintlagħab l-aħħar konfront tal-grupp kontra t-tim Grieg ta’ EPS Pellas. Ir-rebbieħa taż-żewġ gruppi jilagħbu l-finali l-Ġimgħa fl-10.30am.

Il-kontinġent Malti mmexxi mid-Direttur Tekniku tal-MFA Robert Gatt ħalla Malta lejn Ruma dalgħodu.

Skwadra magħżula

Gowlkipers: Rashed Al Tumi (Palermo), Duncan Formosa (St. Andrews)

Difensuri: Romario Camilleri (Gubbio Calcio), Dejan Debono (St. Andrews), Nicholas Farrugia (Birkirkara), Zachary Grech (Balzan), Liam Mackay (Pietà Hotspurs), Matthew Portelli (Hibernians), Andreas Vella (Hibernians), Carlo Zammit Lonardelli (Birkirkara)

Midfielders: Ayrton Attard (Birkirkara), Shaun Dimech (Valletta), Christian Gauci (San Ġwann), Paul Mbong (Birkirkara), Alexander Satariano (St. Andrews), Bradley Sciberras (Floriana), Jamie Sixsmith (St. Andrews)

Attakkanti: Clyde Bouvet (Pietà Hotspurs), Adam Magri Overand (St. Andrews), Ryan Tonna (Valletta)