Lokali Parlament

Il-gvern ħareġ letters of intent dwar il-kannabis mediċinali qabel kienet approvata l-liġi

– Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li jidher ċar li minkejja li d-dibattitu dwar il-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali għad qed tkun diskuss, il-gvern diġà ħareġ letters of intent; fatt li juri li diġà kollox hu lest dwar din il-liġi.

Fil-parlamenet Claudette Buttigieg qalet li l-gvern ma jistax jagħmel żblaji f’din il-liġi delikata kif għamel żbalji f’liġijiet oħra. Hawn hi staqsiet jekk hemm diġà letter of intent għax jekk din diġà ħarġet, id-dibattitu parlamentari qed isir għalxejn.

Fuq punt ta’ spjega, il-Ministru Carodna spjega li jista’ jkun hemm letter of intent fuq xi ħaġa li għad mhix regolata iżda li se tkun regolata għalkemm il-kuntratt irid ikun iffirmat biex din titwettaq.

Claudette Buttigieg staqsiet li jekk allura hemm letter of intent diġà, din il-liġi hix qed issir speċifikatament għal dawn il-kumpaniji. Hi tkellmet dwar it-trasferiment u qalet li din għandha tkun iċċarata għaliex kif inhi l-liġi jista’ jkun kumpanija li tispiċċa ddaħħal kumpanija oħra magħha fil-pajjiż.