Lokali

Raġel qed iqarraq bin-nies biex jakkwista l-flus!

Familja mir-Rabat kellha tirrikorri għand il-Pulizija wara li sar magħruf li raġel kien qed idur il-lokalità u jitlob flus b’self, fl-istess waqt li jagħmilha taparsi parti minn din il-familja.

Il-familja li sfat vittma ta’ dan ir-raġel saret taf b’dak li qed iseħħ meta xi nies marru għandhom jitolbu li jirritornaw il-flus li r-raġel issellef f’isimhom.

Iżda fil-verità din il-familja ma kienet taf b’xejn dwar dak li kien għaddej minn wara darhom, u kellhom jitolbu lill-Pulizija biex isibu lir-raġel u jnaddfu isimhom fl-istess waqt li dawk li sellfu l-flus jippruvaw jieħduhom lura.

Il-familja qed tappella biex min jiġi avviċinat minn dan ir-raġel ma jemmnux u ma jingħatax flus, imma apparti dan tingħata informazzjoni lill-Pulizija bl-iskop li jitwaqqaf milli jqarraq b’iżjed nies.

Ir-raġel qed jaffaċċja diversi akkużi fosthom qerq biex jakkwista l-flus imma wkoll serq tal-identità ta’ din il-familja li qed jippoża bħala membru tagħha.