Lokali Sport

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lir-rebbieħa u finalisti ta’ SportMalta Awards

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lir-rebbieħa u l-finalisti għall-unuri ta’ SportMalta Awards, organizzati flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar iż-Żgħażagħ, l-iSport u l-ġlieda kontra l-Obeżità Ryan Callus, il-Partit Nazzjonalista qal li dan il-mument kien jissimbolizza l-impenn professjonali tal-isportivi Maltin, flimkien mal-uffiċjali, u jħeġġiġna napprezzaw aktar il-ħiliet u l-isforzi tal-isportiv Malti.

L-istorja ta’ Giusy Versace, l-atleta paralimpika Taljana li kisbet suċċessi sportivi wara inċident tat-traffiku u li kienet il-mistiedna speċjali tal-unuri, tissimbolizza d-determinazzjoni li għandu jkollu kull sportiv fit-tentattiv li jikseb riżultati aħjar.

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ impenjat sabiex l-isport ikun strument ta’ għaqda u jappoġġja kull inizjattiva sabiex tissaħħaħ il-kultura sportiva f’pajjiżna.