Lokali

Libjan ipprova jweġġa’ lilu nnifsu waqt li kien fil-lock up tal-Pulizija

Għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ llejla, raġel Libjan, li kien qed jinżamm arrestat ġewwa l-lockup tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija b’konnesjoni ma’ l-inċident li seħħ ilbieraħ f’Paceville, skont stqarrija tal-Pulizija, li daħlet ftit tal-ħin ilu , filwaqt li beda jargumenta mal-Pulizija li kienu għassa, ta’ daqqa ta’ ras mal-kanċell taċ-ċella.

Għaldaqstant kellha tissejjaħ l-assistenza ta’ aktar uffiċjali tal-Pulizija hekk kif il-Libjan ipprova jikkawza aktar ġrieħi fuqu nnifsu billi dawwar qalziet tat-track suit ma’ għonqu.

Kien l-intervent f’waqtu tal-Pulizija li waqqaf lill-Libjan milli jkompli jweġġa’ lilu nnifsu.

Il-Libjan immedjatament ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.