Lokali Parlament

Proposti għal strateġija nazzjonali għas-settur tas-servizzi finanzjarju

– Kristy Debono, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li s-settur finanzjarju hu vitali għall-ekonomija Maltija u għalhekk għandhom ikunu kkunsidrati rakomondazzjonijiet għal strateġija nazzjonali għas-settur. Dan hu settur li joffri oportunitajiet kbar.

Fil-parlament Kristy Debono tkellmet dwar il-Kap Eżekuttiv u qalet li hu tajjeb li dan ikun taħt l-iskrutinju tal-Bord biex jintlaħaq il-livell ta’ eċċellenza. Din hi struttura li jixtiquha l-operaturi tas-settur. Idealment iċ-Chairman ikun maħtur wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni u ssir konsultazzjoni iktar wiesa’. Dan għandu jinħatar wara sejħa pubblika.

Id-deputat Nazzjonalista appellat biex il-Kap Eżekuttiv ma jkunx bniedem involut fil-politika biex l-Awtorità ma tiddaħħalx f’kontroversji bla bżonn. Hi staqsiet fejn se jkun trasferit id-Dipartiment tar-Reġistru tal-Kumpaniji, liema awtorità se tkun responsabbli minnu, jekk hux se jibqa’ responsabbiltà tal-Prim Ministru u jekk il-ħaddiema hux se jżommu l-istess kundizzjonijiet.

Kristy Debono qalet li s-settur qed ikompli jissħħaħ fejn bejn l-2010 u l-2016 il-pagi telgħu minn €226 miljun għal €326 miljun; żieda ta’ 65 fil-mija.