Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara inċident f’Birkirkara

Ritratt mill-arkivji

Sewwieq ta’ mutur ta’ 38 sena minn Ħal Balzan weġġa’ gravi meta kien involut f’inċident fi triq Mannarino f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am meta seħħ impatt bejn il-mutur tat-tip Kymco Downtown misjuq mir-raġel ta’ 38 sena u karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 68 sena mill-Marsa.

Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lis-sewwieq tal-mutur. Huwa ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifkat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.