Lokali

FILMAT: L-eroj li ta ħajtu għal ħaddieħor jingħata l-aħħar tislima

Mijiet ta’ persuni taw l-aħħar tislima lil Gordon Spiteri, ir-raġel li qed ikun deskritt minn ħafna bħala eroj li l-Ħadd li għadda ta ħajtu għal ħaddieħor.

Gordon Spiteri, ta’ 35 sena tilef ħajtu traġikament wara li faga b’duħħan minn nar ġo appartament li jinsab fl-istess blokka tiegħu. Hu daħal f’dan l-appartament biex jagħti l-għajnuna lil min kien seta’ nqabad ġewwa.

Il-quddiesa tal-funeral saret fil-Knisja dedikata lil Sant’Anna f’Marsaskala, knisja li għall-quddiesa tal-funeral kienet ippakkjata bin-nies. Filfatt, ħafna nies kellhom isegwu minn barra l-Knisja, peress li ma kienx hemm iktar spazju fejn joqgħodu n-nies ġewwa.

Fost dawk li taw l-aħħar tislima lil Gordon, kien hemm il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius.

Il-kantanta Ira Losco animat il-quddiesa tal-funeral bil-vuċi tagħha, filwaqt li f’kelmtejn waqt l-omelija, il-Kappillan ta’ Marsaskala ddeskriva lil Gordon bħala bniedem altruist u kuraġġuż.

L-inċident tal-ħadd beda meta heater ikkawżat nar ġo appartament f’Marsaskala stess. Għalkemm Gordon Spiteri ittieħed l-isptar, ftit wara kien iċċertifikat mejjet.

Eroj: Jidħol isalva lill-ġirien min-nar u jmut bid-duħħan, l-għada t’għeluq sninu