Internazzjonali

Il-BP tbassar li d-dinja qrib il-qofol tal-konsum taż-żejt

Il-BP qalet li lejn nofs is-snin 2030, il-konsum dinji taż-żejt aktarx jilħaq il-qofol tiegħu. F’rapport mill-BP, intqal li bħalissa d-dinja tikkonsma mal-100 miljun barmil żejt kuljum, u l-BP qed tikkalkula li dan se jiżdied bil-massimu ta’ għaxra fil-mija qabel ma tibda tmajna t-talba. Il-BP qed tikkalkula li l-enerġija li tiġġedded se jkun l-akbar sors ta’ fuel u dan jiżdied b’ħames darbiet sal-2040. Il-BP ikkalkulat li 40% taż-żieda fit-talba tal-enerġija se tkun ġejja minn enerġija li tiġġedded. Il-kumpanija taż-żejt qalet ukoll li se jkollna effiċjenza akbar fil-mezzi tat-trasport b’ri-żultat tat-trażżin fit-talba għaż-żejt. Il-BP kkalkulat ukoll li l-produzzjoni ta’ 85 miljun barmil żejt kuljum kien se jkun biżżejjed biex jissodisfa l-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-bdil fil-klima, li għandu jwassal biex it-temperatura dinija ma tkomplix tiżdied. Imma l-BP qed tikkalkula li t-tniġġis se jiżdied b’10% sal-2040 u għalhekk mhux se jintlaħqu l-miri tal-Ftehim ta’ Pariġi. Fil-ftehim li kien iffirmat f’Mejju tas-sena li għaddiet, 197 pajjiż intrabtu li jnaqqsu t-tniġ-ġis kemm jista’ jkun malajr. L-esperti tal-BP qalu li t-talba taż-żejt kienet se tkompli tiżdied minn ekonomiji li qed jiżviluppaw tul l-20 sena li ġejjin. Hu stmat li fil-15-il sena li ġejjin, l-Indja se tgħeleb liċ-Ċina bħala s-suq li l-aktar qed jiżvi-luppa bħala konsum tal-enerġija. Bħala ekonomiji, dik tal-Indja u taċ-Ċina, sal-2040 se jkunu jik-konsistu f’nofs l-iżvilupp globali fil-qasam tal-enerġija.

Agħafas hawn għar-rapport tal-BP