Kultura Lokali Turiżmu

FILMAT: 350 kok jipparteċipaw fil-fiera kulinarja VIVANDA

350 kok professjonali qed jipparteċipaw f’aktar minn 50 siegħa ta’ kompetizzjonijiet fil-fiera kulinarja VIVANDA – fiera li tiġbor fiha mhux biss esebizzjonijiet kulinarji, iżda wkoll għexieren ta’ esebituri u fornituri tal-industrija tal-catering.

Matul l-erbat ijiem tal-fiera, il-pubbliku jista’ jara varjetà ta’ prodotti fl-industrija tal-ikel – minn xarbiet sa mbejjed sa żjut, għal tagħmir tal-kċina. Imma apparti minn hekk, min iżur il-fiera jkun jista’ jara wkoll kokijiet professjonali jsajjru f’kompetizzjonijiet tat-tisjir – kompetizzjonijiet aġġudikati minn ġurija internazzjonali.

Fost oħrajn, f’dawn il-kompetizzjonijiet, il-kokijiet iridu jħejju varjetà ta’ platti differenti: minn platti tal-ħelu, għal platti ta’ ħxejjex, laħam u ikel Malti, Mediterranju u ikel internazzjonali.

Il-fiera nfetħet mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, li wara indirizz tal-ftuħ, iltaqgħet ma’ numru ta’ esebituri.