Lokali

Jitjieb il-credit rating ta’ Malta

Moody’s għolliet ir-rating ta’ Malta għal A3 b’xejra pożittiva

L-aġenzija tal-credit ratings Moody’s għolliet ir-rating ta’ Malta, dan hekk kif minn A3 stabbli sar A3 b’xejra pożittiva. F’rapport separat, aġenzija oħra DBRS ukoll għolliet il-credit rating minn A għal A bi prospetti stabbli.  Din tal-aħħar qalet ukoll li dan it-titjib fir-rating hu bbażat fuq kif id-dejn tal-Gvern naqas minħabba t-tkabbir ekonomiku.

L-ekonomisti tal-credit ratings Kanadiża qalet li sas-sena 2022, id-dejn tal-Gvern se jkun madwar 7% inqas minn dak mistenni u kif ukoll hu stmat li se jkun ta’ madwar 41% tal-prodott gross domestiku.

L-aġenzija qalet ukoll li dan it-titjib fil-credit rating ta’ Malta hu riżultat minħabba li ninsabu fiż-żona Ewro.