Għexieren ta’ dilettanti u sewwieqa tal-muturi sellmu lil Francois, ir-raġel ta’ 36 sena li fil-jiem li għaddew ħasad lil kulħadd bil-mewt għall-għarrieda tiegħu.
Francois miet l-Erbgħa li għadda, u l-mewt tiegħu ħasdet lil ħafna li fuq il-media soċjali kitbu messaġġi ta’ dieqa.
Francois, deskritt minn ħafna bħala raġel ferrieħi, ingħata l-aħħar tislima fil-Knisja ta’ Ħal Lija.
Hu kien dilettant tal-karozzi u tal-muturi, u kien għalhekk li għexieren ta’ sewwieqa tal-muturi akkumpanjaw il-korteo lejn il-Knisja u lura. Oħrajn għażlu li jiktbu xi messaġġ fuq ktieb tal-kondoljanzi li tpoġġa fl-entratura tal-Knisja.
Il-grupp ‘Riders’ li għada kellu jorganizza l-attività ‘Ride to Track’ se jkun qed jorganizza l-attività f’ġieħ Francois.







Ritratt: Carl Farrugia
//= $special ?>