Lokali Parlament

Il-PN bi proposti konkreti għal riformi fil-kunsilli lokali, is-siugurtà u l-gwardjani lokali u tal-komunità

– Robert Cutajar, PN

Il-PN qed iħejji numru ta’ proposti konkreti għar-riforma fil-kunsilli lokali, fis-sigurtà, fis-sistema tal-gwardjani lokali u l-introduzzjoni tal-gwardjani tal-komunità.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar tkellem dwar dawn il-proposti u qal s-sistema li kien hemm qabel tal-gwardjani lokali kienet iktar effettivi; dan jikkonfermawh il-maġġoranza tas-sindki.

Hu qal li l-LESA kienet ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet għal gwarjani lokali u kompla li fl-aħħar xahrejn numru ta’ gwardjani marru fuq il-post tax-xogħol dimotivati minħabba li fl-Awtorità kien hemm min qed jiddeċiedi ‘bmod mhux serju. Hu staqsa x’sar minnha s-sejħa tas-26 ta’ Novemrbu għal gwardjani lokali fejn il-gwardjani lokali eżistenti setgħu japplikaw ukoll.

Robert Cutajar kompla li l-ħaddiema għadhom ma jafux f’hix jikkonsisti l-ftehim imsemmi u sostna li l-gwardjani ma jistgħux jagħtu l-aħjar servizz lill-komunità jekk dawn qed imorru għax-xogħol dimotivati. Hu appellla biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni politika madwaril-mod kif titmexxa l-LESA.

Robert Cutajar tkellem ukoll dwar il-pulizija u qal li bħalissa is-sigurtà hi l-aktar element li qed iħasseb lill-poplu Malti. Il-Korp tal-Pulizija qed ifalli bil-kbir. Għalhekk il-PN se jipproponi l-introduzzjoni tal-Pulizija tal-Komunità biex il-pulizja jaħdmu spalla ma spalla mal-gwardjani lokali. Proposta oħra se tkun dwar l-importanza tal-pulizija jew gwardjani ħdejn l-iskejjel u postijiet fejn ikunu t-tfal.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-immigrazzjoni u qal li l-kunsilli lokali għandhom ikunu inovluti fil-kuntest tas-sigurtà f’dan ir-rigward. Proposta oħra tal-PN se titratta l-bdil tal-pulizija fejn se ssir insistenza li l-pulizija jiltaqħu mal-kunsilli lokali regolarment kif titlob il-liġi. Dan filwaqt li l-għases tal-pulizija għandhom ikunu miftuħin 24 siegħa u d-distretti tal-pulizija għandhom jirriflettu l-ħidma tal-pulizija fil-lokalitajiet.

Jirriżulta li t-tielet l-akbar tħassib tal-poplu hu l-ambjent, sostna Robert Cutajar, li kkundanna dak li seħħ fl-Aħrax tal-Mellieħa meta inizjattiva tal-Għaqda Kaċċaturi u Nassaba – li kienu ħawlu s-siġar – spiċċat fil-mira tal-vandali. Anki fis-siti ambjentali jrid ikun preżenza tal-pulizija tal-komunità. Hu kkritika l-oxxenità ta’ permessi li qed toħroġ il-Awtorità tal-Ippjanar u qal li problema kbria hi dik li bħalissa l-pajjiż għaddej min-nuqqas ta’ sigurezza kbira.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-punt ta’ riferenza hu fundamentali għat-tisħiħ tal-komunitajiet u qal li s-sens ċiviku għandu jkun punt kardinali fir-riforma tal-kunsilli lokali u tal-gwardjani lokali. Wasal il-mument li ssir qabża fil-kunsilli lokali fejn il-qasam soċjali għandu jingħata prijorità,sostna Robert Cutajar.