Lokali

Jitħabbru l-ewwel artisti għall-Isle of MTV 2018

Dimitri Vegas u Like Mike, żewġ DJs magħrufa sew madwar id-dinja, huma l-ewwel artisti kkonfermati li ser idoqqu fit-12-il edizzjoni tal-Isle of MTV, li se jsir nhar is-27 ta’ Ġunju.

Dimitri Vegas u Like Mike huma aħwa Belġjani li  huma t-tieni fost l-aqwa mitt DJ fid-dinja fil-klassifika ta’ DJ Mag.

Fil-ġimgħat li ġejjin se jiġu żvelati aktar artisti li se jżuru pajjiżna f’dan l-avveniment li jattenduh eluf ta’ Maltin u turisti.