Futbol Sport

FUTBOL U-16: Rebħa kbira għal Malta

MALTA………………………6
ĠIBILTÀ…………………… 0

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-16-il sena kiseb rebħa kbira ta’ 6-0 kontra Ġibiltà fit-tieni impenn tiegħu fil-UEFA Youth U-16 Development Mini-Tournament.
Il-partita ntlagħbet fis-Centenary Stadium. Il-wirja tat-tim immexxi minn Noel Turner kienet waħda mill-aqwa.

Malta fetħet l-iskor fit-13-il minuta b’gowl ta’ Kurt Buhagiar. It-tieni gowl ta’ Malta wasal fit-36 minuta u kien skurjat minn Veselji li sab ix-xibka b’volley sabiħ.

L-istess Veselji għamel l-iskor 3-0 ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima b’gowl ieħor. L-andament fit-tieni taqsima baqa’ l-istess u fid-49 minuta Kurt Desira żied ieħor għall-Maltin.

Ħames minuti wara Nikolai Farrugia Cross skurja ġmiel ta’ gowl hek kkif għeleb lill-gowlkiper avversarju b’xutt preċiż minn barra l-kaxxa.

Meta kien għad fadal erba’ minuti d-difensur ta’ Ġibiltà Shaylon Hanglin tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess biex b’hekk l-iskor finali kien dak ta’ 6-0.

L-aħħar impenn ta’ Malta jkun illum fit-2.30m kontra Liechtenstein.

Malta – Miguel Spiteri (Matthias Debono 41), Sheldon Mizzi, (Matthew Ellul 57), Gianluca Borg, Luke Musu, Isaac Galea (Kurt Galea 41), Gianluca Sciberras, Karl Mohnani (Jordan Kelly 57), Emerson Camilleri (Glen Mifsud 41), Kurt Desira (Jake Bone 57), Kurt Buhagiar, Mattia Veselji (Nikolai Farrugia Cross 41).

Ġibiltà – John Paul Hernandez, Sam Hall (Jermain Sodi 76), Nikolai Celecia, (Shaylon Hanglin 76), Zac Olivero, Louis Parral, (Jerome Duarte Chipol 67), Craig Galliano, Shay Jones (Anthony Barcelo 67), Julian Del Rio (Jacy Perera 53), Dylan De Los Santos (Sam Yeo 53), Evan De Haro, Brendan Ramagge.