Lokali Qorti

Chris Bartolo lura d-dar

Chris Bartolo u Rachel Borg
Kien il-programm NET LIVE li żvela d-dettalji kollha tal-istorja

Il-lejl li għadda kien l-ewwel lejl ta’ Chris Bartolo barra miċ-ċella ta’ Kordin hekk kif issa, taħt kundizzjonijiet stretti, se jkun qed jirċievi l-kura li għandu bżonn.

Kien għall-ħabta tad-9.15pm meta Bartolo ħareġ mill-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin u sabu jilqgħuh is-sieħba tiegħu Rachel, u membri tal-familja tiegħu.

Viżibbilment emozzjonat Chris Bartolo ta l-ewwel reazzjonijiet tiegħu għal ħelsien temporanju mill-arrest lill-media preżenti barra l-ħabs.

Chris Bartolo ħareġ mill-Ħabs wara li l-Kabinett iddeċieda li jirrakkomanda lill-President ta’ Malta biex jingħata ħelsien temporanju pendenti d-deċiżjoni tal-Appell tiegħu quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali.