Lokali

L-Awtorita’ tal-Ippjanar tibda xogħol fuq bini żdingat f’Buġibba bi spejjeż għas-sidien

L-Awtorita’ tal-Ippjanar tibda xogħol fuq il-bini tal-eks lukanda International fix-Xatt ta’ Buġibba li tħalla fi stat ta’ abbandun. Fi stqarrija, l-Awtorita’ tal-Ippjanar qalet li l-bini mhux biss tħalla fi stat dilapidat iżda qed ikun ta’ inkonvenjent għall-ġirien.

L-Awtorita’ qed tintervjeni biex ittaffi id-dehra ta’ abbandun li qed taffetwa id-dehra ta’ din iż-żona turistika ewlenija. Ix-xogħol se jikkonsisti fis-siġillar tal-aperturi u t-tibjid tal-faċċata.

Filwaqt li l-bini nnifsu ma jkunx qed jikser xi liġi, l-Awtorita’ għandha s-setgħa li taġixxi jekk id-dehra taz-zona tkun mgħarrqa minħabba l-istat ta’ bini jew art partikolari.

Bħalma jiġri f’każi oħra ta’ infurzar, dawn ix-xogħolijiet se jsiru bi spejjeż għas-sid tal-bini.