Lokali

Studenti jingħataw l-opportunità li jiddibattu

Għal sena oħra se terġa ssir il-ħames edizzjoni tad-Debate Society League fejn numru ta’ studenti Universitarji jingħataw l-opportunità li jiddibattu ma’ studenti oħra.

Il-kampjonat se jibda fl-10 ta’ Marzu fejn se jibda b’tgħalim sabiex l-istudenti jikkompetu b’mod effiċjenti. Wara jibdew diversi dibattiti ġewwa l-Università ta’ Malta.

Kull tim ikun magħmul minn 3 studenti Universitarji, bid-dibattiti se jkunu qed isiru s-Sibt mill-aħħar ta’ Marzu u tul April kollu.

Ir-rebbieħa tal-kampjonat jitnaqqxilhom isimhom fuq l-arma tad-Debate Society League.