Lokali

FILMAT: L-aħħar vjaġġ abbord il-vapur t’Għawdex għall-Kaptan Paul Muscat

Il-ġisem bla ħajja tal-Kaptan Paul Muscat twassal lura lejn Malta abbord wieħed mill-vapuri t’Għawdex, il-Gaudos, li għal snin twal qallgħu l-għajxien tiegħu u tal-familja tiegħu.

Mal-wasla tiegħu f’Malta, il-vapur tal-Gozo Channel ta salut lill-Kaptan, bid-daqq ta’ ħorn tal-istess bastiment kif ukoll l-MV Ta’ Pinu, waqt li dawk abbord infexxew f’ċapċipa biex isellmu lill-kaptan.

Paul u s-sieħba tiegħu Diane instabu mejta l-Ġimgħa li għadda f’kamra fi Mġarr ix-Xini, għalkemm hu maħsub li kien ilhom mit-Tlieta li tilfu ħajjithom. Dan wara li l-vittma kellu l-aħħar shift it-Tlieta filgħdu stess meta wassal il-vapur lejn Għawdex.

Il-Kaptan Muscat se jingħata l-aħħar tislima nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Marzu, fit-08:30 ta’ filgħodu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien.

Filmat: Denise Nicole Grixti