Kultura Lokali

Knock Out! / Stendut! – Produzzjoni tant mistennija

Il-produzzjoni lokali ‘Raymond “Fight” Beck’ hija l-proġett eċitanti li jmiss ta’ Teatru Malta. Il-produzzjoni tant mistennija tat-Teatru Nazzjonali ta’ Malta li għadu kif ġie stabbilit se twassal l-istorja ta’ Raymond Beck, ġellied irtirat li jerġa’ lura lejn ir-ring għatxan għall-flus, il-glorja u biex isib lilu nnifsu. L-iskript oriġinali tal-kittieb emerġenti ta’ din is-sena André Mangion imur lil hinn mil-limiti tax-xena tal-ġlied ta’ Malta bl-istejjer tajbin u ħżiena tagħha.

Teatru Malta ngħaqad ma’ Spazju Kreattiv u André Mangion permezz tal-appoġġ tal-Malta Arts Fund biex jintegra l-boxing mat-teatru. Storja mnebbħa minn ġrajjiet veri, għadd ta’ boxers lokali ġew intervistati tul il-proċess tal-kitba ta’ din il-biċċa xogħol b’saħħitha. Il-ġellieda fil-Fight Factory iggwidaw lill-atturi, filwaqt li l-boxer professjonali ‘Super’ Steve Martin ħarreġ lill-protagonisti tul dawn l-aħħar ftit xhur. Il-kast lokali assolutament stellari jinkludi lill-atturi magħrufin John Montanaro u Davide Tucci, li se jinterpretaw il-partijiet ta’ Raymond u l-avversarju tiegħu Dyson Cumbo rispettivament.

“Id-dramm se jdaħħkek, iżda se jġagħlek ukoll tħossok qisek qlajt daqqa ta’ ponn. Fl-aħħar mill-aħħar l-istorja ta’ Mangion għandha tħalli lill-udjenzi b’nifishom maqtugħ,” qal Sean Buhagiar, id-direttur artistiku tat-teatru nazzjonali li qiegħed ukoll jidderieġi l-produzzjoni. Raymond “Fight” Beck hija ħrafa li tifqa’ dwar dak li wieħed huwa lest li jitlaq għal dawk li jħobb – u għax-xjenza ħelwa li tinkurunah Kampjun.

Il-kast huwa magħmul minn veterani tat-teatru bħall-pilastru tal-palk Żep Camilleri, Lilian Pace Vassallo, Philip Mizzi, Peter Galea, It-Triccas u l-kummidjant per eċċellenza Hector Bruno. Atturi bħal Kim Dalli, Ray Abdilla u Toni Busuttil jikkompletaw ensemble glorjuż li bla dubju se jkaħħal lill-udjenzi mas-siġġijiet.

Ir-rappreżentazzjonijiet se jsiru bejn is-Sibt 10 ta’ Marzu u l-Ħadd 18 ta’ Marzu. Għal aktar tagħrif u għall-biljetti żuru www.teatrumalta.org.mt, 21223200 jew mill-uffiċċju tar-riservazzjonijiet ta’ Spazju Kreattiv ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-belt Valletta.

Raymond ”Fight” Beck huwa proġett appoġġjat minn Teatru Malta, il-Kunsill Malti għall-Arti/The Malta Arts Fund Project Support Grant, Spazju Kreattiv u Eurosport.

Intervista Ma Hector Bruno 

Għidilna fit fuq l-irwol tiegħak f’Raymond ‘Fight’ Beck?

“Jiena Pietru Il-Love, karatru li j’hekk tmur fl-irħula Maltin u Għawdxin aktarx issibu kullmkien, fil-pjazza u fil-bar favorit tiegħu. Pietru huwa Żejtuni, u moħħu dak kollhu li għaddej madwaru, partikolarment fejn jidħlu it-tfajliet, għalhekk ngħidulu ‘il-lover’, għarusa dejjem u miżżewġ qatt. Huwa ukoll iħobb dak id-daqsxejn drink, u aktarx meta ikollhu drink f’moħħu ipaċpaċ ftit fil-vojt, u jikxef affarjiet li mingħajr ma kun jaf ikun qiegħed iwassal għal-affarjiet serji.

Semmejt li dan il-karatru miż-Żejtun, kien hemm xi preparmenti speċjali li wassluk lejn dan il-karattru? 

“Ħtieġilna jien u dawk l-oħra li qed niterpritaw il-karatri purament Żwieten, illi nitgħallmu id-djalett Żejtuni. Il-kwistjoni tad-djalett fit-teatru hija delikata ħafna, għaliex jew tagħmlu u tagħmlu sewwa, ma tridx tidher li qed tagħmlu b’mod redikolu jew biex tkun ‘funny’. Id-djalett huwa xi ħaġa sublim, xi ħaġa kulturali, xi ħaġa li kważi kważi spiritwali għalija, għalhekk trid tagħmlu tajjeb, għaliex jgħinek tibni ambjent isbaħ ta’ dak li inti qed tipprova turi. Kellna lil minn jagħllimna ukoll kif inhu dan id-djalett kelma b’kelma jew aħjar b’ ‘kilma, kilma’, għaliex id-djaletti ivarjaw minn xulxin. Hemm djalett li attur jista juża bier juri li wieħed mhux minn belt iżda f’dal każ ħtieġilna illi nkunu Żwieten propja.”

Ilnha fit ma narwak f’produzzjoni teatrali għal dal-aħħar snin, kif qed tħossok li erġajt lura tagħmel dak li tant għandek passjoni għalih?

“Hija veru esprjenza sabiħa għaliex anke’ li qed nerġa lura u qed nerġa lura f’produzzjoni li hija differenti ħafna minn dak li kont nagħmel sakemm kellhi nieqaf ftit tas-snin ilhu. Anke’ in-nies huma nies ġodda, uħud minnhom, għaliex hawn minnhom illi ħdimt magħhom diversi drabi diġa. Pero’ hija fuq kollox esperjena positiva ħafna anke’ li għal-ewwel darba qed naħdem u qed inkun dirett minn Sean Buhagiar li hija esprjenza positiva ħafna, għaliex naħseb li huwa ‘molti in gamba’ kif jgħidu it-Taljani.”

Nafhuk tagħmel l-aktar produzzjonjiet komiċi, din il-produzzjoni hija eċessjoni, x’ tgħidilna fuq dan?

“Għalkemm dan, il-karatru naħseb huwa l-aktar wieħed li immur l-hinn mis-serjeta tal-iscript, iġfieri għandhu il-mumenti tiegħu fejn ikun komiku ukoll, li tagħtni pjaċir. Pero’ minn naħħa l-oħra, jien anke meta nkun qed nagħmel parti mill-aktar komika, dejjem ikollhi dawk il-mumenti sublimi, għaliex il-komiċita jien nagħmila mhux ‘slapstick’ iżda hija komiċita illi tinħoloq minn dak illi jiġri fil-ħajja tagħna. Sa anke’ meta nkun qed nagħmel il-pantomima u nkun id-dama jien indaħħal ħafna l-element uman, l-ħajja ta kuljum biex in-nies jirelletaw. Għalhekk tajjeb li nidħku anke binna inffusna u f’dan il-każ qed jiġri hekk ukoll.”

Raymond ‘Fight’ Beck hija waħda mil-ewwel prdozjonjiet ta’ Teatru Malta, il-kumpanija nazzjonli tat-Teatru, kif tħossok li qed taħdem fuq xi ħaġa tal-kappa nazzjonali? 

“Hija espejenza il-vera posittiva, qed nieħu gost ninnota kemm żdiedet l-għajnuna, kemm żdied is-sostenn biex issir it-teatru f’Malta. Jiena ilhi snin twal involut, nipproduċi, nikteb, naħdem u nidderiġi imma qatt ma kellna l-opportuntajiet ta’ għajnuna u anke’ sapport finanzjaru biex inti ikollok biż-żejjed nies jgħinuk bħal ma’ hawn f’daż-żminijiet. Il-livell qed jogħla, pero’ irridu noqgħodu attenti li din it-tranżizzjoni ma tkunx ‘an abrupt change’ illi fiha issa nitilqu dak li huwa il-bażi tat-teatru, l-esprjenza, li għandha tibqa’ tgħodd. Tajjeb li nużaw mezzi ġodda, it-teknoloġija, imma hemm ħafna affarjiet illi jagħmlu ir-ruħ tat-teatru. Ma irridux li għax għandha l-infrasttura aktar soda nitilqu dak li huwa ir-ruħ. Ma nistgħux nagħtu kas tal-ġebla, u biex nagħtu kas tal-ġebla ma nagħtux kas il-qalb. Irrid ikun hemm tranżizzjoni il-għaliex inkella f’soċjeta’ bħal tagħna li hija pjottust żgħira jista’ kun li kun hemm ‘backfire’. Jien ilhi snin twal nagħmel teatru u televiżjoni bħala il-professjoni ‘full-time’ tiegħi imma kienet diffiċli. Forsi fortunatment jien dejjem kellhi b’xi mod klijintela illi issegwini pero’ illum hawn ħafna aktar infrasstrtura li inti tista tissfruta u tagħmel l-affarjiet tiegħek.”