Fis-7 t’April li ġej, il-vari tal-Belt Valletta għall-ewwel darba se joħorġu flimkien u jiltaqgħu fi Pjazza San Ġorġ. Il-vari huma ta’ San Duminku, San Pawl, Santu Wistin u l-Madonna tal-Karmnu.
Fl-istess jum filgħodu ser issir ir Regatta ta’ Jum il-Ħelsien fil-Port il-Kbir. Bi qbil ma’ Sport Malta, din l-edizzjoni se ssir fl-ewwel Sibt t’April minflok fil-31 ta’ Marzu għax din is-sena l-festa se tinzerta bejn il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir. Qaddiefa leġġendarji ta’ iktar minn 40 sena se jaqdfu għax-shield ‘Valletta 2018′.
Wara quddiesa fl-erba’ knejjes involuti, il-vari jibdew triqithom tul Triq ir-Repubblika lejn Bieb il-Belt imbagħad jinżlu lejn Pjazza San Ġorġ. L-erba’ komunitajiet ftehmu biex jikkontribwixxu lkoll flimkien fl-armar fi Triq ir-Repubblika.
Fi Pjazza San Ġorġ se ssir ċelebrazzjoni u mument ta’ talb mill-Arċisqof Charles J Scicluna. Lejliet il-Festa l-Kbira, il-Banda Kings Own u l-Banda La Valette se jtellgħu kunċert flimkien fi Pjazza San Ġorġ.
//= $special ?>