Lokali

Sewwieq ta’ mutur jeħlisha ħafif wara inċident fil-Mosta

Sewwieq ta’ mutur fortunatament ma sofra l-ebda ġrieħi hekk kif kien involut f’inċident li seħħ fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, fil-Mosta.

Jirriżulta li x-xufier tal-mutur spiċċa jitlef il-kontroll wara impatt ma’ vettura li kienet qed iddur lejn triq sekondarja.

Madankollu kelliem għall-Pulizija kkonferma li fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tal-16:15, ħadd ma weġġa’ minkejja li bi prekawzjoni ntalbet l-assistenza kemm tal-Pulizija kif ukoll ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Fid-dawl ta’ dan, issa l-każ għadda f’idejn il-grawdjani lokali.