Lokali Mużika

FILMAT: Spettaklu u divertiment għal St. Patrick’s Sunday fil-Floriana

'Tal-Irish' se jiċċelebraw għal darb'oħra l-festa ta' San Patrizju

Il-Festa ta’ San Patrizju, li ilha tiġi ċċelebrata fil-Floriana mill-bidu tas-seklu 20. Din is-sena se tkun iċċelebrata għada l-Ħadd 11 ta’ Marzu.

Il-bands ta’ din is-sena se jkunu: Planet Seed, Fakawi u Kevin Borg.

Din il-festa tal-qaddis prottetur tal-Irlanda għandha rabta speċjali ma dak kollu li huwa aħdar u kien fil-bidu tas-seklu 20 meta bdiet it-tradizzjoni li l-Furjanizi jissejjħu bħala tal-Irish. Dan hekk kif dak iż-żmien suldati Irandliżi kienu stazzjonati fiż-żona ta’ Balzunetta.

Fl-1905 imbagħad kienet intlagħbet logħba futbol bejn il-Klabb tal-Floriana u t-tim Irandiż. Dak iż-żmien it-tim ta’ Floriana FC kien jilgħab bil-kuluri aħdar u aħmar iżda wara dik il-logħba bdew jilgħabu bil-kuluri tal-Irlanda, aħdar u abjad, hekk kif kien hemm skambju tal-flokkijiet wara l-partita.

Saint Patricks’ Sunday, li hija s-sitt edizzjoni mtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Floriana u l-Ajax Sports Club se jkun hemm spettaklu ghal kulhadd, festa ta’ familja.

L-organizzaturi jħeggu lill-pubbliku biex jattendi u jqatta’ l-gurnata fil-Floriana fejn il-pjacir mhux se jonqos ovvjament f’din il-festa ta’ briju u birra.