Lokali

FILMAT: Zach Meli jmut wara argument f’Paceville; Aktarx b’daqqa ta’ ponn

Il-vittma hu Zack Meli; il-Pulizija qed tinterroga xi barranin

Aġġornata

Żagħżugħ Malti tilef ħajtu, aktarx wara daqqa ta’ ponn li qala’ f’Pacevilel u li ħalliet fuqu effetti fatali. Il-vittma ġie identifikat bħala Zachary Meli, jew kif inhu magħruf aħjar ma’ sħabu, ‘Zach’.

Zach għandu 24 sena u huwa mis-Swieqi, u mhux eskluż li d-daqqa ta’ ponn ngħatat minn xi barrani jew barranin. Filfatt, Filfatt, il-Pulizija qalet fi stqarrija li fil-kors tal-investigazzjonijiet tagħha, qed tkellem tal-anqas barrani wieħed, aktarx ta’ nazzjonalità Bulgara.

Skont rapporti fil-media, hu tilef ħajtu minħabba emorarġija interna kawża tad-daqqa ta’ ponn li qala’, iżda kelliem għall-Pulizija qal lil NET news, li l-kawża tal-mewt tiegħu trid tiġi stabbilita mill-inkjesta.

Madanakollu kollox jindika li l-Pulizija qed tqis dan l-inċident bħala qtil, anke jekk qtil involontarju.

L-argument seħħ għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħodu fi Triq Santu Wistin, biswit it-taraġ magħruf bħala ‘It-Taraġ ta’ Paceville’, li jagħti għall-mekka tad-divertiment f’San Ġiljan.

Fil-ħin tal-inċident, fuq il-post marru Pulizija tad-distrett kif ukoll tim mediku li ħa liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei, fejn sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin