Lokali

Argument bejn 12-il persuna f’Ħal Far

Net News jinsab infurmat li ftit tal-ħin ilu żviluppa argument bejn grupp ta’ persuni, b’sorsi tagħna jindikaw li f’dan l-argument hemm involuti mill-inqas 12-il persuna.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li għall-ħabta tas-7.30 il-Pulizija rċevew rapport li kien għaddej argument bejn numru ta’ nies fl-Open Centre ta’ Ħal Far magħruf ukoll bħala The Tent Village biex tkun kontrollata s-sitwazzjoni.

Fuq il-post, flimkien mal-memrbi tal-RIU marru wkoll uffiċjali mill-Għassa ta’ Birżebbuġa – madanakollu malli wasslu Net News hija infurmata li l-persuni involuti fir-rapportat argument laħqu telqu, hekk kif l-uffiċjali ma sabu l-ebda kommossjoni.