Ambjent Lokali

Flimkien għal Ambjent Aħjar tisfida lill-Iżviluppaturi biex iżommu l-kelma tagħhom

L-għaqda ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar fi stqarrija, sfidat lill-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi biex tieħu azzjoni immedjata u twaqqaf lill-membri żviluppaturi tagħha milli tħalli lil residenti jbatu l-konsegwenzi tax-xogħol tal-iżvilupp, bi ħsejjes trab, u inkonvenjenza.

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, f’Tas-Sliema sħaba trab minn żona tal-kostruzzjoni ksiet żona kbira. L-istqarrija tal-assoċjazzjoni tgħid li din tmur għall-kuntrarju ta’ dak li qalu l-iżviluppaturi li qed jaddottaw proċeduri differenti u aħjar għall-ambjent. Flimkien għal Ambjent Aħjar tisfida lill-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi biex jiddiskutu u jifformulaw soluzzjonijiet li jagħżlu lill-komunitajiet minflok il-flus – u lin-nies minflok il-profit.