Lokali

Flus u oġġetti misruqa minn ħanut tax-xagħar matul il-lejl li għadda

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet matul il-lejl li għadda minn ħanut tax-xagħar li jinsab fi Triq il-Pijunieri, f’Buġibba.

Jirriżulta li matul il-lejl li għadda, persuna jew persuni mhux magħrufa kissru l-ħġieġ tal-bieb ta’ dan il-ħanut biex kisbu aċċess għal ġewwa u ħarbu mill-post bi flus kontanti u wkoll diversi oġġetti oħra.

Is-sidien qed jappellaw għal kull informazzjoni li tista’ tkun utli, inkluż xhieda ta’ persuni li semgħu jew raw xi ħaġa.