Raġel ferut wara li ttajjar fi G’Mangia

Raġel spiċċa ferut meta għall-ħabta tat-8am ittajjar minn vettura tat-tip Peugeot Partner fi Triq San Luqa, Gwardamangia. Il-vittma kien qiegħed isuq mutur meta intlaqat mill-Peugeot Partner. Fil-post issejħu l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet il-persuna l-isptar Mater Dei għal aktar osservazzjonijiet.