Lokali

Titwaqqaf il-Fondazzjoni Manoel Island

Il-kumpanija MIDI waqqfet il-Fondazzjoni Manoel Island bl-iffirmar ta’ Ftehim tal-Ħarsien li għandu l-għan li jipproteġi l-bini u s-siti storiċi f’dan il-post, ix-xatt u spazji sinifikattivi li jħaddru Manoel Island filwaqt li jkompli l-proċess ta’ restawr u preservazzjoni.

Din il-Fondazzjoni li ma tagħmilx qligħ se tiżgura fost l-oħrajn li MIDI tirranġa l-parti li ddawwar il-Forti biex b’hekk tagħti lill-pubbliku aktar minn 80,000 metru kubu ta’ spazju pubbliku għal park pubbliku.

Il-miri u l-objettivi ta’ The Manoel Island Foundation huma biex fost oħrajn tassumi r-rwol ta’ għassies fuq l-obbligazzjonijiet u l-impenji mposti fuq MIDI skont it-termini tal-Ftehim tat-Tħaris u tassigura li dawn jitwettqu minn MIDI.

Sadattant MIDI, minflok f’żona residenzjali, il-binjiet storiċi tal-forti issa se jinbidlu f’ċentru għall-kulturà u l-arti waqt li l-kappella se tkun tista’ tintuża għal attivitajiet fil-komunità. Il-forti jista’ jintuża wkoll għal skop kummerċjali, iżda mhux għal skop ta’ akkomodazzjoni jew użu residenzjali.

Se jkun żgurat li x-xatt ma jiġi żviluppat bl-ebda mod u jkun aċċessibbli għall-pubbliku f’kull ħin u tassumi r-responsabbiltà li tipprovdi postijiet protetti maħsuba bħala zoni għall-għawm.

Filfatt il-kumpanija ntrabtet li titlaq minn idha nħawi li għall-bidu kienu indikati għall-irmiġġ biex b’hekk tipprovdi ħarsien għaż-żoni fejn isir l-għawm fuq in-naħat tat-Tramuntana u tal-Lvant tal-gżira. Fuq il-parti tal-Punent ta’ Manoel Island, se jkun żviluppaw low-rise marina village b’yacht marina.

MIDI qed tobbliga ruħha wkoll li tillimita l-għoli tal-iżviluppi u l-istrutturi jew imwaqqfa fuq Manoel Island skont dawk permessi, u qed tobbliga ruħha wkoll li ma tapplikax għal xi żieda fl-għoli tal-iżviluppi u l-istrutturi jew imwaqqfa fuq Manoel Island mingħajr il-kunsens tal-Foundation.

Il-Masterplan rivedut bħalissa qed ikun kunsidrat mill-Awtorità tal-Ippjanar u bħala parti mill-proċess il-Kumpanija qed tipprepara Environmental Impact Assessment ibbażat fuq it-termini ta’ referenza provduti mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.