Internazzjonali

Sekwestrat tanker taż-żejt f’ibħra Libjani

Il-Qawwa tal-Baħar Libjana sekwestrat tanker li hu suspettat li kien qed jagħmel kuntrabandu ta’ żejt Libjan.
It-tanker kien interċettat barra l-kosta fil-Punent tal-Libja, madwar 12-il kilometru mill-impjant taż-żejt ta’ Abu Kamash. F’dan l-impjant qrib il-fruntiera Tuneżina hemm l-akbar kumplessi taż-żejt fil-Libja.
It-tanker sekwestrat hu l-Lamar, b’bandiera tat-Togo, u kien interċettat waqt li kien f’ibħra territorjali Libjani mingħajr permess.
Tmien membri tal-ekwipaġġ li kienu abbord il-vapur kienu arrestati. Dawn huma kollha ta’ nazzjonalità Griega u issa qed ikunu miżmuma f’bażi navali fi Tripoli.
It-tanker instab li kien qed iġorr 950,000 litru ta’ fuel.