Lokali

FILMAT: Birra u brijju f’San Ġiljan għal Jum San Patrizju

Għal sena oħra, mijiet ingabru f’San Giljan ghall-festa ta’ San Patrizju, b’hafna jinzlu fit-toroq filwaqt li jixorbu xi xarba birra.

 

Minkejja li is-17 ta’ Marzu ifakkar il-festa tal-patrun tal-Irlanda, dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jiġbdu l-attenzzjoni speċjalment taż-żagħzagħ għaliex jieħdu gost, iktar milli sabiex ifakkru lil dan il-patrun.

 

Net News iltaqa’ ma’ diversi persuni fejn espremew magħna għaliex jibqgħu imorru sena wara l-ohra.

 

Tkellimna ukoll ma diversi barranin, fosthom Irlandiżi. Huma stqarrew magħna li l-Maltin jafu jiċċelebraw din il-festa b’mod uniku.

 

Matul dan il-jum mistenni numru kbir ta’ nies li ser ikunu qed jiċċelebraw b’pinta birra Irlandiża. Intant spikkaw in-numru ta’ bars fit-toroq.

 

Għalkemm dan il-jum hu wieħed ta’ pjaċir għal diversi persuni, għar-residenti tista tkun inkonvinjenza. Filfatt, inholqot linja tat-telefon fejn ir-residenti jistghu icemplu biex jirrappurtaw xi ikonvenjenzi li jiltaqghu maghhom.