Lokali

Aktar titjiriet jittardjaw mal-Air Malta

Minkejja li l-Air Malta qalet li m'għadhiex qed tuża l-ajurplan mikri minħabba l-ilmenti, xorta waħda għadu qed jintuża

Wara li f’artiklu ieħor NET News irrapporta dwar dewmien fit-titijiriet tal-Air Malta ġejjin lejn Malta, fejn fost l-oħrajn kien hemm dewmien ta’ madwar 16-il siegħa – aktar titijiriet bħalissa qegħdin jittardjaw milli jaslu fil-ħin.

Fost dawn it-titjiriet affettwati, s’issa hemm dawk ġejjin minn Frankfurt u oħra minn Pariġi. Din tal-aħħar ġiet postposta b’madwar tliet sigħat u nofs, hekk kif mill-21:45 issa se ttir fis-01:20 ta’ għada filgħodu. L-istess japplika għal dawk li kienu se jivjaġġaw fuq it-titjira lejn Frankfurt, hekk kif mill-22:40 tal-lejla, ġiet postposta għas-01:05 ta’ għada filgħodu.

L-Air Malta kkanċellat it-titjira minħabba “ħtiġijiet tas-servizz” f’sitwazzjoni li wasslet biex il-linja nazzjonali tal-ajru se jkollha tħallas eluf ta’ ewro biex akkomodat lill-passiġġieri f’lukandi li hemm qrib l-ajruport, u kif ukoll biex tagħti ikel u xorb b’xejn tul il-ħin kollu li l-passiġġieri kienu maqbudin l-Ingilterra.

Intant, ħafna nies fuq il-media soċjali kitbu dwar dan l-ittardjat tat-titjiriet. F’kumment minnhom, passiġġier fuq it-titjira lejn Milan Linate giddeb lill-kumpanija nazzjonali tal-ajru – dan hekk kif wara li l-Air Malta qalet li mhux sippost kellha tuża l-ajruplan mikri, iżda skont dan il-passiġġier qed jintuża.

It-titjiriet lejn Milan ukoll ittardjaw sew, bħal dawk ta’ Heathrow kif jidher hawn taħt:

Ara x’ġara aktar kmieni:

Lura minn Gatwick 16-il siegħa wara li suppost waslu f’Malta