Sewwieq ta’ mutur ta’ 44 sena residenti l-Mellieħa, Giulio Baldacchino, tilef ħajtu dalgħodu wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu tat-tip Suzuki GSXR fi Triq il-Kosta, direzzjoni lejn St. Andrews.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am, meta għal xi raġuni is-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq. Il-mutur instab metri ‘l bogħod minn fejn seħħ l-inċident.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Parti mit-triq inżammet magħluqa għat-traffiku għal xi ħin, sakemm sar l-aċċess fil-post, bis-sewwieqa li kienu mitluba jużaw toroq alternattivi.
//= $special ?>