Futbol Sport

Futbol U16: Malta megħluba mill-Awstrija

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-16-il sena tilef l-ewwel partita ta’ ħbiberija li lagħab kontra l-Awstrija bi skor ta’ 4-0.

Il-Maltin żammew sod għall-pressjoni tal-avversarji għall-ewwel minuti tal-partita u ħolqu l-ewwel azzjoni tal-partita wara erba’ minuti minn xutt ta’ Jordan Kelly li spiċċa ftit għoli.

L-attakkant Polster skurja darbtejn fis-17-il minuta u rdoppja fis-26 minuta. It-tielet gowl tal-partita wasal ħames minuti mit-tmiem minn Hauptmann u Zimmermann żied ieħor għall-Awstrija fil-ħin miżjud.

Malta terġa’ tilgħab kontra l-Awstrija tintlagħab il-Ħamis li ġej fit-training grounds tal-MFA fis-2pm u ta’ min jiftakar li Malta tiltaqa’ kontra l-istess tim fil-kampjonati tal-UEFA ta’ taħt is-17-il sena f’Ottubru li ġej.