Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħasel idejh mill-każ tal-arrest ta’ Ali Sadr fl-Istati Uniti. Ali Sadr huwa ċ-Chairman ta’ Pilatus Bank.
F’kummenti lil NET News, u fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara l-aħbar li Ali Sadr ġie arrestat fl-Istati Uniti, il-Prim Ministru Joseph Muscat mhux talli ħasel idejh minn dan l-arrest, iżda talli ħasel idejh ukoll mir-responsabbiltà biex iwaqqaf il-liċenzja ta’ Pilatus Bank f’Malta, għax skont hu, dan mhux xogħlu.
Aktar kmieni, kien il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li appella biex il-liċenzja ta’ Pilatus Bank tiġi sospiża minnufih. Dan hekk kif f’Pilatus Bank hemm kontijiet bankarji sigrieti li fihom daħlu flus allegatament ġejjin minn ħasil ta’ flus.
Fost dawn li għandhom kont ma’ Pilatus Bank hemm iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.
Fl-Istati Uniti, Ali Sadr qed jiġi akkużat bi frodi u ħasil ta’ flus, f’akkużi li jistgħu jsarrfu f’130 sena priġunerija.
Aktar kmieni
FILMAT: Il-Ministru Scicluna “no comment” dwar l-arrest ta’ Ali Sadr
LIVE: Konferenza tal-aħbarijiet mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia
‘Tibqax taħsel idejk. Issospendi l-liċenzja ta’ Pilatus’ – Adrian Delia lil Muscat
//= $special ?>