Ekonomija Lokali

FILMAT: Il-Ministru Scicluna “no comment” dwar l-arrest ta’ Ali Sadr

Filmat li ttella' mis-sit LovinMalta

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna għażel li ma jikkummentax meta kmieni dalgħodu sabuh il-ġurnalisti tas-sit LovinMalta u saqsewh dwar l-arrest ta’ Ali Sadr, iċ-chairman tal-Bank Pilatus.

Meta mistoqsi jekk il-liċenzja ta’ Pilatus hux se tkun sospiża, Edward Scicluna wieġeb “u ejja come on, early in the morning asking these questions!”

Il-Ministru tal-Finanzi tefa’ r-responsabbilta’ kollha fuq l-MFSA.