Lokali

Studenti jbiegħu il-figolli b’risq Puttinu Cares

Studenti mill-iskola sekondarja ta’ Ħad-Dingli, li flimkien għamlu figolli b’risq dawk fil-bżonn illum marru l-Belt Valletta jbiegħu il-figolli. Din l-inizjattiva saret għas-seba’ darba bil-għan li jinġabru fondi għal Puttinu Cares.

Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon feraħ lit-tfal kif ukoll lill-għalliema għal din l-inizjattiva li fi kliemu tixhed is-sens kbir ta’ solidarjetà fi ħdan is-soċjetà Maltija.

Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Komunitajiet Robert Cutajar.

‘Figolla Challenge 2016’ b’risq Puttinu Cares