Lokali

Kollox lest għall-maratona tal-PN b’elementi ġodda u sfida għaż-żgħażagħ

Kollox jinsab lest biex fi ftit sigħat oħra l-Partit Nazzjonalista jorganizza maratona ġbir ta’ fondi li din id-darba se tkun waħda innovattiva wkoll.

Dan hekk kif, il-maratona se tkun qed tieħu forma xi ftit differenti mis-soltu anki bis-sehem ta’ grupp ta’ żgħażagħ li se jkunu qed jinqaflu għal erbatax-il siegħa biex ifasslu l-futur tagħhom waqt fsida bit-tema, Design your Future.

F’kummenti lil Net News, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo spjega kif il-fondi li qed jinġabru se jkollhom skop speċifiku li titjieb il-kwalità u tissaħħaħ l-Oppożizzjoni.

Il-Maratona Ġbir ta’ Fondi tibda f’12pm fuq NET Television, filwaqt li “Design Your Future” se tibda sagħtejn qabel u se tkun qed tixxandar kollha fuq Facebook.