Lokali

Raġel l-isptar wara li waqa’ tliet sulari fil-Belt

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Bulgaru ta’ 55 sena, residenti San Pawl il-Baħar qed isofri feriti serji u ttieħed lejn l-isptar wara li waqa’ tliet sulari.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15am f’ residenza fi Triq it-Teatru l-Antik, kantuniera ma’ Triq San’t Ursola, il-Belt Valletta

Irriżulta li raġel waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.